Mandrake Linux

Istruzzjonijiet għall-Installazzjoni

Konfigurazzjoni meħtieġa

L-installazzjoni ta' Mandrake Linux tikkonsisti, f'ħafna każi, f'li tpoġġi c-CD tal-installazzjoni fid-drajv CDROM u tirristartja l-kompjuter. Jekk jogħġbok irreferi għal punt 1.

NOTA:


Tista' wkoll tinstalla Mandrake Linux fuq sistema Windows 95/98/ME, permezz tal-Linux for Windows. Dan m'għandux bżonn li tinħoloq partizzjoni fuq id-diska, u jinstalla l-Linux ġo folder fil-Windows. Huwa metodu konvenjenti biex tesperimenta bil-Mandrake Linux mingħajr ma tibdel il-partizzjonijiet. Madanakollu, is-sistema taħdem ħafn' iżjed bil-mod milli installazzjoni regolari. Apparti minn hekk, l-installazzjoni tal-Linux tintilef kull meta terġa' tinstalla l-Windows. Jekk jogħġbok irreferi għal punt 2 biex tuża Linux for Windows.

Dawn huma d-diversi modi kif tista' tinsalla Mandrake Linux:

  1. Startja l-kompjuter direttament mis-CD
  2. Installa ġo Windows 95/98/ME
  3. Oħloq flopi biex tibda l-installazzjoni mill-Windows
  4. Metodi oħrajn ta' installazzjoni


1. Startja l-kompjuter direttament mis-CD

Is-CD ta' installazzjoni (l-ewwel CD) hija “bootable”, F'ħafna każi, tista' ddaħħal is-CD fid-drajv u tixgħel il-kompjuter. Segwi l-istruzzjonijiet li jidhru fuq l-iskrin: Agħfas [Enter] biex tibda l-installazzjoni, ewj [F1] għal iżjed għajnuna.

NOTA:

Fuq ċerti laptops jew kompjuters antiki, is-sistema tista' ma tkunx kapaċi tistartja minn fuq CD. F'dak il-każ, trid tipprepara diska flopi biex tistartja biha. Ara punt 3 għal iżjed dettalji.

[mur fuq nett tal-paġna]


2. Installa ġo Windows 95/98/ME

Biex tinstalla Mandrake Linux ġo folder tal-Windows, mingħajr ma toħloq partizzjoni fuq id-diska, segwi dawn l-istruzzjonijiet:

  1. Daħħal l-ewwle CD,
  2. Irristartja l-kompjuter,
  3. Agħfas [F1] meta jitla' l-iskrin ta' Mandrake Linux,
  4. Ittajpja lnx4win fil-prompt, u agħfas [Enter]
Segwi l-istruzzjonijiet li jidhru fuq l-iskrin.

Tista' ssib iżjed tagħrif dwar lnx4win fil-fajl readme.

NOTA:

Meta ddaħħal is-CDROM fil-Windows, titla' window li tagħtik aċċess għal tagħrif dwar l-installazzjoni u għal dimostrazzjonijiet u tutorjal tal- Mandrake Linux. Tħallik ukoll toħloq direttament il-flopi biex tistartja biha kif imsemmi f'punt 3.

Jekk il-window ma titlax, ħaddem:

D:\dosutils\autorun.exe

(Jekk l-ittra tas-CDROM hija D)

[mur fuq nett tal-paġna]


3. Oħloq flopi biex tibda l-installazzjoni mill-Windows

Jekk il-kompjuter tiegħek ma jistax jistartja minn fuq CDROM u l-metodi msemmija qabel ma jaħdmux, tista' toħloq flopi biex tistartja fuqha minn ġo l-Windows, b'dan il-mod:

Biex tibda l-installazzjoni:

[mur fuq nett tal-paġna]


4. Metodi oħrajn ta' installazzjoni

Jekk għal xi raġuni l-metodi ta' qabel ma jaqdux il-ħtiġijiet tiegħek (eż, trid tagħmel installazzjoni bin-network, installazzjoni minn apparat pcmcia eċċ), trid xorta tagħmel flopi biex tistartja minn fuqha:

Din hija lista ta' "images" ta' diski flopi disponibbli:

cdrom.img Installa mis-CDROM
hd.img Installa mill-ħard-disk (minn filesystem Linux, Windows, jew ReiserFS)
network.img Installa minn ftp/nfs/http
other.img Installa bi drajvers rarament użati li ma qagħdux fuq id-diski ta' qabel
pcmcia.img Installa minn apparat pcmcia (innota li l-biċċa l-kbira tal-kards tan-network pcmcia issa sapportjati direttament minn network.img)
usb.img Installa minn apparat USB: apparat tan-network USB għal installazzjoni bin-network, jew CDROM/CDRW tal-USB għal installazzjoni mis-CD
blank.img Installa kernel tal-Linux tiegħek

blank.img hija "image" minima biex tippersonalizza l-installazzjoni.

[mur fuq nett tal-paġna]


Tista' wkoll tuża modalità testwali jekk, għal xi raġuni, ma jirnexxielekx tuża l-installazzjoni normali grafika. Biex tużaha, agħfas [F1] malli jitla' l-iskrin tal-merħba ta' Mandrake Linux welcome, u ttajpja text fil-prompt.

Jekk għandek bżonn tirkupra s-sistema Mandrake Linux, daħħal is-CD jew flopi tal- installazzjoni Mandrake, agħfas [F1] malli jitla' l-iskrin tal-merħba ta' Mandrake Linux welcome, u ttajpja rescue fil-prompt.

Ara http://www.linux-mandrake.com/drakx/README għal informazzjoni iżjed teknika.

[mur fuq nett tal-paġna]


Dawn huma l-istadji prinċipali tal-installazzjoni:

  1. Daħħal is-CDROM tal-installazzjoni (jew il-flopi li tistartja fuqha jekk meħtieġa) u rristartja l-kompjuter.
  2. Agħfas [Enter] meta jitla' l-iskrin tal-merħba ta' Mandrake Linux u segwi l-istruzzjonijiet li jidhru.
  3. Meta l-ionstallazzjoni tlesti neħħi s-CD meta din tinfetaħ (u l-flopi jekk intużat). Il-kompjuter jirristartja.
  4. Meta jistartja l-PC jitla' Mandrake Linux. Meta jitla', int tista' tagħmel login bil-kont tal-user li ħloqt waqt l-installazzjoni, inkella bħala "root".

Nota importanti:

Il-kont "root" jagħtik aċċess bla restrizzjonijiet lis-sistema Linux kollha! Tużax dan il-kont ħlief biex tikkonfigura u tamministra s-sistema. Għall-użu ta' kuljum, uża kont ta' user normali li tista' tikkonfigura bil-programm "userdrake", jew bil-kmandijiet "adduser" u "passwd".

Merħba għad-dinja ta' Mandrake Linux !

[mur fuq nett tal-paġna]


Għal sapport fuq l-installazzjoni ara l-lista postali u FAQs ta' Mandrake Linux fuq il-web site: